KTIEB ĠDID DWAR IL-KUNTRATT TAL-ISTATWA TITULARI TA’ SAN ĠORĠ
Dan l-aħħar ġie ppubblikat ktieb ġdid dwar il-kuntratt tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, xogħol Pietru Pawl Azzopardi u l-ewwel statwa titulari f’Għawdex. L-awtur tal-ktieb huwa s-Sur Anthony Farrugia. Għaldaqstant nixtiequ ninfurmawkom li t-tnedija tal-ktieb “Il-Kuntratt tal-Istatwa Titulari ta’ San Ġorġ tar-Rabat Għawdex” sejra ssir għada s-Sibt 18 ta’ Lulju 2015 fil-11am, fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria, Għawdex. Kulħadd huwa mistieden.
Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lis-Sur Farrugia għax-xogħol siewi tiegħu.
Intant nixtiequ nfakkru wkoll li l-ktieb/programm Festi San Ġorġ 2015 huwa ppubblikat ukoll u jista’ jiġi akkwistat mill-Bar tal-Każin La Stella.