Join Us On:

News Archive

KOLLOX PREPARAT GĦALL-PROGRAMM MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Kollox jinsab preparat għall-programm mużikali li se jiġi esegwit illejla fi Pjazza Sant’Wistin, il-Belt Victoria, f’Jum l-Indipendenza, fuq stedina mill-Kumitat Festi Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.  Dan il-programm qed jiġi organizzat bl-għajnuna tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdanu.

Naturalment il-programm ma jkunx possibbli mingħajr l-għajnuna u ħafna voluntiera li jagħtu l-ħin tagħhom lis-Soċjetà Filarmonika La Stella kull meta jkun hemm bżonn.  Bl-istess mod grazzi tassew lill-bandisti li ilhom għal diversi ġimgħat jattendu għall-kunċerti preparatorji taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur.

Il-programm, li se jibda fis-7.30pm se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.

Photo