KINGDOM
Nhar is-Sibt 6 ta’ April 2013 fit-Teatru Astra se jsir l-ispettaklu kbir tal-Yada Dance Academy flimkien ma’ The College of Dance li din s-sena qed iġib l-isem ta’ Kingdom – A dance Show. L-ispettaklu se jibda fis-7.30pm u se jkun jinvolvi numru kbir ta’żeffiena w kostumi mill-isbaħ. Wieħed jista’ jibbukkja billi jċempel fuq 99825077 jew 79452104.
Il-Management tat-Teatru Astra jawgura spettaklu mill-isbaħ bħal ma ġara fis-snin li għaddew – huwa dejjem ta’ pjaċir is nilqgħu fostna ismijiet rinomati fil-qasam taż-żfin u l-palk bħalma huma ż-żewġ skejjel imsemmija.