KARRU TAL-KARNIVAL MIS-SOĊ. FILAR. LA STELLA
Hekk kif għadda l-ewwel xahar tas-sena l-ġdida, issa kulħadd ikun jistenna żmien il-Karnival – festa li għadha tgawdi popolarità kbira f’pajjiżna. Appuntu wara assenza ta’ diversi snin, din is-sena is-Soċjetà Filarmonika La Stella se tkun irrapreżentata fil-Karnival ta’ Għawdex b’item f’konkors numru tlieta jew inkella biex niftehmu aħjar – Karru Trijonfali Sezzjoni A. Wieħed irid isemmi li għal numru ta’ snin is-Soċjetà La Stella kienet dejjem fost ir-rebbieħa f’kull kategorija li ħadet sehem u għaldaqstant nittamaw li din is-sena nkomplu nżidu mas-suċċessi li ksibna fis-snin li għaddew.
Ix-xogħol fuq dan il-karru ilu għaddej tul dawn l-aħħar ħames xhur. Dan għaliex kif kulħadd jaf, karru tal-karnival jinvolvi ħafna xogħol, ħsieb u preparazzjoni. Barra minn hekk id-disinni preliminari li fuqhom tfassal dan il-karru kienu ilhom ippreparati minn Frar tas-sena l-oħra (2008). Ix-xogħol f’Awwisu kien diġà nbeda ġmielu fis-sala Mro. Giuseppe Giardini Vella jew kif inhi magħrufa aħjar, is-sala tal-kunċerti. Kif it-temp kien għadu jippermetti sew, apparti is-sħana kbira li għamlet f’ Settembru, inġab it-tafal biex jinbdew jinħadmu il-forom u l-kartapesta tilħaq tinxef u toqgħod sew. Tajjeb ngħidu li biss biss f’ dan il-karru insibu madwar tmenin rixa biex jiffurmaw par ġwienaħ kbar, kif wkoll madwar erbgħin werqa biex jiffurmaw kuruna kbira tal-weraq tar-rand, apparti tletin wiċċ imxerrda mal-karru kollu u għoxrin sebgħa.
Wara li ġiet esegwita l-opra Turandot fit-teatru tas-Socjetà tagħna f’Ottubru, saret il-migrazjoni mis-sala tal-kunċerti għas-sala magħrufa bħala ‘ta’ Desira’ fejn hemmhekk seta’ jiġi armat sew il-karru u jitkompla it-tifsil, inkullar u żebgħa kif meħtieġ fi spazju ikbar mill-post ta’ qabel. Nistgħu ngħidu li bil-ftit ftit kuljum mingħand it-tim kollu il-ħolma tagħna saret realtà.
Id-disinni preliminari ġew imfassla minn Manuel Buhagiar flimkien mal-aħwa George James u Michael Cutajar Zahra, it-tlieta flimkien jagħmlu il-moħħ ta’ dan il-karru. Pero’ waħidhom żgur li dan ix-xogħol kollu ma kienx ikun possibli u allura ma nistgħux inħallu barra żgħażagħ oħra li taw ħafna mill-ħin liberu tagħhom biex dan il-karru minn disinni fuq il-karti ħa sura tri-dimensjonali. Fost dawn iż-żgħażagħ insibu lil Christian Schembri, Nathanael Zammit, Christian Debono, Keith Genuis, Andrew, Joseph Grima, Luke Said u Stephanie. Dan it-tim kollu jifforma l- Astra Power Boys li sa mis-sena 2004 dejjem ħa ħsieb li jaħdem fuq karru trijonfali tal-karnival. Flimkien ma dawn ma nistgħux inħallu barra lid-diriġenti tas-Soċjetà Filarmonika La Stella speċjalment lil George Cini u diversi persuni oħra ta’ kull età li segwew b’mod regolari x-xogħol fuq dan il-karru.

Ix-xogħol tal-ħadid u l-movimenti sar kollu minn Manuel Buhagiar, filwaqt li l-għażla tal-kuluri u l-pittura kollha li żżejjen dan il-karru sar kollu minn George James Cutajar Zahra. It-tifsil bil-fildiferru sar kollu minn dawn it-tnejn tal-aħħar. Michael Cutajar Zahra kien inkarigat mill-forom fit-tafal u l-ġibs. Ġużeppi Buhagiar min-naħa l-oħra kien inkarigat mix-xogħol tad-dawl.
Jessica Zammit ħadet ħsieb il-koreografija ma’ dan il-karru flimkien ma’ grupp ta’ żeffiena. Il-kostumi li jikkumplimentaw sew mal-karru trijonfali ġew meħjuta minn Kolina Attard fuq disinni ta’ George James Cutajar Zahra.
Nistennew issa l-14 ta’ Frar biex dak in-nhar jiġi mżanżan dan il-karru trijonfali li għandu jagħti spettaklu liema bħalu b’xejn inqas minn għoxrin moviment u b’żifna spettakolari fi Pjazza it-Tokk kif wkoll matul il-jiem l-oħra tal-Karnival ġewwa Għawdex. Aktar aġġornament dwar is-sehem tas-Soċ. Filar. La Stella fil-Karnival ta’ Għawdex, fil-jiem li ġejjin.