KANTANTA GĦAWDXIJA TAGĦMEL SUĊĊESS
Il-kantanta żagħżugħa Għawdxija Michela Pace għadha kif kisbet suċċess importanti ġewwa Malta fejn rebħet konkors organizzat mill-ERSEB Productions. Hija spiċċat fl-ewwel u fit-tieni post biż-żewġ kanzunetti tagħha. Michela issa se jkolla l-opportunità tkanta ġewwa Lithuania flimkien ma’ erba’ kantanti Maltin oħra fil-festival The Baltic Voice 2015.
F’Ġunju li għadda Michela ħadet sehem ukoll fit-tieni edizzjoni ta’ RockAstra. Minn din il-paġna nixtiequ nifirħula u nawgurawla aktar suċċess.