Join Us On:

News Archive

JUM SAN ĠORĠ FIS-6 TA’ MEJJU

Minħabba l-fatt li l-festa liturġika ta’ San Ġorġ, it-23 ta’ April ħabat eżatt f’Sibt il-Għid, din il-festa tant għażiża fi gżiritna ser tiġi ċċelebrata matul l-ewwel ġimgħa ta’ Mejju bil-qofol tal-festi jintlaħqu nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju. Fil-fatt il-festi solenni ser jiftħu nhar it-Tnejn 2 ta’ Mejju bl-ewwel Jum tat-Tridu fil-bażilika. Il-Ħamis 5 ta’ Mejju jiġi ċċelebrat il-Vġili tal-festa liturġika u mbagħad l-għada l-Ġimgħa titfakkar il-festa liturġika tal-qaddis patrun u protettur tal-Għawdxin.

Għall-programm sħiħ tal-attivitajiet marbuta ma’ dawn il-festi żuru din il-link.

Intant, ma jonqosx f’dawn il-festi l-parteċipazzjoni tal-banda ċittadina La Stella li f’jum il-festa ser tagħmel marċ brijuż bl-istatwa ta’ San Ġorġ, xogħol Austin Camilleri (1991), minn Pjazza San Ġorġ sa Triq ir-Repubblika, hekk kif jintemm il-pontifikal solenni mmexxi minn Mons. Isqof Mario Grech, fil-bażilika. 

Is-Soċjeta’, għal sena oħra ħasbet ukoll biex torganizza l-ikla tradizzjonali ta’ Jum San Ġorġ fil-każin La Stella. L-ikla tibda f’12.30pm.

Aktar dettalji fuq dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fil-jiem li ġejjin.