JUM IL-FESTA ANNIVERSARJA
Illum il-Ħadd 4 ta’ Mejju 2014, Jum il -Festa Anniversarja għandna l-ħruġ u l-purċissjoni ta’ San Ġorġ. Fit-8.45am jasal l-E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku għal Malta, fil-Bażilika. Fid-9,00am tibda l-Kon ċelebra zzjoni Ponti fikali ppresed uta mill -E.T. Mons Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku għal Malta, bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru Ġorġjan u ta’ membri tal-kleru sekulari u reliġjuż. Fl-10.15am ikun hemm il-ħruġ solenni tal-Purċissjoni Pontifikali bl-istatwa titulari ta’San Ġorġ li tintlaqa’ bl-innu reliġjuż Georgius Natus Est (1984), versi tal-Kan. Joe Mejlak u mużika tal-Prof. Joseph Vella. Wara, il-Banda Ċittadina La Stella tesegwixxi l-Innu Immortali A San Giorgio Martire (1931), versi tal-Prof. Luigi Billion u mużika ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella. Fl-10.30am: Tibda timmarċja l-Purċissjoni Ponti fikali ppreseduta mill -E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku għal Malta, bis-sehem tal -Kapitlu u l-Kleru Ġorġjan u ta’ l-Ordnijiet Reliġjużi tal-Belt Victoria. Takkumpanja l-Banda Ċittadina u Dekana La Stella bid-daqq ta’ innijiet reliġjużi. F’12.00pm imbagħad ikollna d-dħul trijonfali ta’ l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ fil-Bażilika Urbana fost il-kant ta’ l-innu popolari Lill-Kbir Martri San Ġorġ (1952), versi ta’ Patri Akkursju Xerri ofm u mużika ta’Mro Vincenzo Ciappara. Wara, Antifona u Barka Ewkaristika.