Join Us On:

News Archive

JUM IL-BELT VICTORIA

Illum, is-Sibt 9 ta’ Ġunju, f’beltna qed niċċelebraw “Jum il-Belt Victoria” – jum speċjali u uniku li fih ser ilaqqa’ wara tnejn u għoxrin sena liż-żewġ baned ta’ din il-belt għal Programm mużikali wieħed ġewwa Pjazza Indipendenza. Dan il-Programm qed jiġi organizzat fuq l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ beltna f’għeluq il-120 sena minn meta beltna ħadet l-isem ta’ Victoria. F’din l-okkazjoni ser jinghata wkoll “Gieh il-Belt Victoria” liz-zewg socjetajiet muzikali, kif ukoll lill-eks sindku, is-Sinjura Vivienne Galea Pace. Il-programm tal-lejla li jibda fit-8.00pm, ser ikun imqassam hekk:

INNU LIL GĦAWDEX (Joseph Vella): Banda ‘La Stella’

INNU ‘LA STELLA’

IN OMAGGIO (Joseph Vella): Banda ‘La Stella’

INNU ‘LEONE’

IL TROVATORE (Giuseppe Verdi): Banda ‘Leone’

LA TRAVIATA (Giuseppe Verdi): Banda ‘La Stella’

QUEEN IN CONCERT (Queen, arr: R. Sciberras): Banda ‘Leone’

Diskors ta’ l-okkażjoni mis-Sur Robert Tabone, sindku tal-belt Victoria.
Preżentazzjonijiet lill-presidenti taż-żewġ soċjetajiet mużikali mis-Sindku tal-belt Victoria.

MARCIA SLAVA (Pyotr Illyich Tchaikovsky): Banda ‘La Stella’

OVERTURE 1812 (Pyotr Illyich Tchaikovsky): Banda ‘Leone’

INNU NAZZJONALI (Robert Samut): Banda ‘Leone’

Fi tmiem il-programm mużikali, il-bandisti flimkien mal-membri tal-kumitat taż-żewġ soċjetajiet mużikali ser ikunu mistiedna għal riċeviment fi Pjazza Indipendenza. Inħeġġu lill-poplu kollu Rabti biex jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni – festa ta’ mużika..il-festa ta’ beltna. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn. Nappellaw b’mod partikolari lill-partitarji tas-Soċjetà tagħna biex bħal dejjem ikunu preżenti għal din l-okkażjoni tant speċjali.