Join Us On:

News Archive

JOSEPH CALLEJA “JIRRITORNA” FIT-TEATRU ASTRA

2015-07-30 12.09.19

It-tenur ċelebri Malti Joseph Calleja illum “irritorna” fit-Teatru Astra biex jagħmel intervista ma’ crew Ġermaniża tat-televiżjoni.  Jilqgħu li-tenur Malti kien hemm il-Professur Joseph Vella, Surmast tal-Banda Ċittadina La Stella u direttur mużikali u artistiku ta’ Festival Mediterranea, is-Sur Paul M Cassar, President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u membri attivi fil-produzzjoni tal-opra ġewwa t-Teatru Astra.

Fuq xewqa ta’ Joseph Calleja stess l-intervista bdiet fis-sala Giuseppe Giardini Vella u wara kompliet ġewwa t-teatru.  Calleja fakkar li kien fit-Teatru Astra flimkien mal-Prof. Vella li beda l-karriera tiegħu ta’ tenur fl-opra.  Kien appuntu fl-opra Macbeth ta’ Verdi fl-1997 meta Calleja kanta għall-ewwel darba f’opra.  Wara kanta fit-Teatru Astra fl-2005 f’La Boheme u fl-2007 għal darba oħra f’Macbeth.

2015-07-30 12.32.39

2015-07-30 12.27.04