Join Us On:

News Archive

JOSEPH CALLEJA JINHATAR AMBAXXATUR KULTURALI GHAL MALTA

Joseph Calleja it-tenur Malti ta’ fama internazzjonali dan l-aħħar kien innominat għal Grammy Award u ġie ukoll maħtur bħala l-ewwel ambaxxatur kulturali għal Malta. Għalkemm Joseph Calleja ma rebaħx l-unur huwa wiegħed li se jagħmel minn kollox biex matul il-karriera tiegħu jirnexxielu jirbaħ dan l-award għal Malta.
 
It-Tenur Calleja iddebutta fl-1997 fit-Teatru Astra fejn kanta l-parti ta’ Macduff fl-opra Macbeth ta’ Giuseppe Verdi. Il-Management tat-Teatru Astra huwa kburi li jaghti l-opportunità lill-kantanti biex jesponu t-talenti tagħhom fix-xena operistika u naturalment kburin li wieħed minn dawn kien appuntu Joseph Calleja, bħalma afferma huwa stess dan l-aħħar waqt intervista mxandra fl-aħbarijiet ta’ TVM.
 
Fl-2005 Joseph Calleja reġa nterpreta rwol ieħor fit-Teatru Astra fl-opra La Boheme, u fl-2007 għal darba oħra fir-rwol ta’ Macduff fl-opra Macbeth.