Join Us On:

News Archive

JINGLE BALLS: THE ZOO CHRISTMAS SHOW

Wara li fix-xahar t’Ottubru ngħata bidu għall-istaġun teatrali biż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra lirika Rigoletto, u aktar tard bl-ispettaklu taż-żfin Unforgettable, ix-xahar ta’ Diċembru ser iġib miegħu aktar produzzjonijiet teatrali li għandhom ikomplu jiġbdu udjenzi kbar lejn it-Teatru Astra. 

Fuq stedina tas-Soċ. Filar. La Stella, Zoo Media & Entertainment ser itellgħu l-ispettaklu bl-isem: Jingle Balls nhar is-Sibt 12 ta’ Diċembru fit-8.30pm. Il-grupp iffurmat minn Chrysander Agius, Claire Agius Ordway, Daniel Chircop u Owen Bonnici ser jirritorna fit-Teatru Astra għal produzzjoni oħra mill-aktar komika din id-darba marbuta mal-Milied. Ix-show Jingle Balls ser tkun qed tittella’ darba biss fit-teatru tagħna, u mhux ser isiru repetizzjonijiet tagħha f’Malta.

Dan l-ispettaklu huwa miftuħ għal dawk il-persuni minn 16-il sena ‘l fuq. Il-biljetti qed jinbiegħu bil-prezz ta’  €12.00, mill-booking office tat-teatru (9955 0058) jew inkella permezz tal-online booking fuq is-sit www.teatruastra.com
Għal aktar dettalji wieħed jista’ wkoll jikkuntattjana permezz tal-email [email protected] 

Aħsbu kmieni għall-biljetti, ħalli ma tiddiżappuntawx ruħkom!