Join Us On:

News Archive

JESUS CHRIST SUPERSTAR FIT-TEATRU ASTRA

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li t-Teatru Astra se jkun qed jagħmel fl-2018 fl-għeluq tal-50 sena mill-ftuħ uffiċjali tiegħu (1968-2018), it-Teatru Astra se jtella musical live ieħor – Jesus Christ Superstar ta’ Andrew LLoyd Webber.  Għal dawk kollha li jħobbu din ix-xorta ta’ spettaklu se jkollom xalata oħra fi żmien l-Għid li ġej, sewwasew is-Sibt 24 ta’ Marzu fit-8pm u l-għada il-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018 fit-3.30pm.  Wara s-suċċessi kbar bi Grease u Evita konvinti li se nerġgħu nagħmlu biċċa xogħol oħra li tixraq lit-teatru tagħna.  Din il-produzzjoni se tkun qed tittella mit-Teatru Astra bis-sehem tal-Għaqda tal-Armar San Ġorġ.

Il-booking se jkun miftuħ dalwaqt fuq www.ticketline.com.mt u fuq it-telefon 79244048.  Aktar dettalji dalwaqt !

 

20882340_874511102700861_2717374182506594370_n