Join Us On:

News Archive

ŻJARA MILL-MINISTRU DR CHRIS SAID WAQT IL-PROVI TA’ MADAMA BUTTERFLY

Il-bieraħ wara nofsinhar il-Ministru  Dr. Chris Said għamel żjara ta’ korestija waqt il-provi li għaddejjin bħalissa fit-Teatru Astra.  Jilqgħu lill-Ministru Said kien hemm membri tal-kumitat ċentrali kif ukoll bosta volontarji li bħalissa huma mpenjati bla nifs biex nhar il-Ħamis li ġej tkun tista ssir Madama Butterfly li din s-sena se tkun qed tippreżentalna tlett kantanti mit-Teatru La Scala, s-Sopran Daniela Dessi, it-Tenur Fabio Armiliato u l-Baritonu Carlo Guelfi.  Il-Ministru Said ġie wkoll milqugħ mid-Direttur Artistiku Enrico Stinchelli li issa ilu hawn magħna għal numru ta’ jiem flimkien mal-assistenti tiegħu.
 
Huwa unur kbir għat-Teatru Astra u s-Soċjetà tagħna ngħidu li s-serata tas-Sibt ilha diversi ġimgħat "sold out" u issa anke dik tal-Ħamis hija prattikament meħuda kollha.  Il-booking għadu miftuħ għas-serata Tango Emocion li se ssir il-Ġimgħha 26 ta’ Ottubru.  Min hu nteressat għandu jċempel fuq 79256897 jew jibgħat email fuq [email protected].