IT-TIENI EDIZZJONI TA’ PAUL M. CASSAR MEMORIAL
Il-bieraħ, Prof. Maria Frendo tat ‘lecture’ interessanti ferm bl-isem “What’s in a footprint? A question of island magic – Paul M Cassar and his legacy, ġewwa s-Sala Joseph Vella, fis-sede tagħna. Għal din il-‘lecture’ attendew familjari tas-Sur Paul M Cassar, li għal bosta snin kien il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, membri tal-kumitat preżenti u membri mill-pubbliku. Fl-aħħar tal-avveniment is-Sur Michael Formosa irringrazzja lil Prof Maria Frendo tad-diskors tagħha kif ukoll irringrazzja lil dawn li attendew għal din it-tieni edizzjoni ta’ Paul M. Cassar Memorial.




