Join Us On:

News Archive

IT-TAGĦLIM TAL-MUŻIKA MAS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA

JMJ_9816

Id-direzzjoni tas-Soċjetà qed taħdem fuq aġġornament fis-sistema tat-tagħlim tal-mużika, bil-għan li tkompli ssaħħaħ il-banda tagħha li tul l-150 sena w aktar tal-eżiżtenza tagħha rsistiet biex l-għarfien dwarha, bħala waħda fost l-aqwa baned fil-gżejjer Maltin, mhux biss jissokta imma jkompli dejjem jitjieb. B’sodisfazzjon il-Banda La Stella illum għadha tgawdi stima kbira fil-gżejjer Maltin.

• Illum il-ġurnata s-Soċjetà tifraħ meta tara li fi ħdanha għandha 25 student u studenta.

• Jieħdu ħsieb it-tagħlim tal-mużika għandna mużiċisti lokali ta’ stoffa li jieħu ħsieb kemm l-istrumenti tar-ram kif ukoll tal-qasba.

• It-tagħlim tal-mużika jingħata mingħajr ħlas u b’attenzjoni individwali. Barra minn hekk, is-Soċjetà tieħu ħsieb li tipprovdi l-istrumenti b’xejn lill-alljievi. Il-Banda La Stella hija promotriċi ewlenija tal-edukazzjoni mużikali fi gżiritna, u matul l-istorja glorjuża tagħha tat kontribut qawwi f’dan il-qasam. Fit-tagħlim tal-mużika tara l-irfied ukoll tal-ġejjieni tagħha.

Kull min huwa interessat li jingħaqad fl-Iskola tal-Mużika tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għandu jċempel fuq 79050691 jew javviċina lil xi membru tal-Kumitat Ġenerali għal aktar dettalji.

(Ritratt: Joe Attard)