Join Us On:

News Archive

IS-SURMAST VELLA MILL-ĠDID F’PARIĠI

Nhar il-Ħamis 27 ta’ Mejju, il-Professur Joseph Vella kien mill-ġdid f’Pariġi fejn ġewwa l-Amphitheatre tal-Opera de Bastille reġgħu ndaqqu l-aħħar żewġ xogħlijiet tiegħu: Taleae op. 116 (għall-Kurunetta u Marimba); u Fun Fair op. 120 (għal 3 Kurunetti u 4 Timpani).
 
Din kienet it-tieni żjara tas-surmast Vella f’Pariġi f’dawn l-aħħar ħames ġimgħat. Dawn iż-żewġ kompożizzjonijiet fil-fatt ġew premiered fl-istess teatru fit-22 ta’ April li għadda. F’dan l-istess post kompożizzjoni oħra ta’ Vella: Duetting,  ġiet premiered  f’Marzu 2007.
 
Il-kompożizzjonijiet ta’ Vella ntlaqgħu tajjeb ħafna, u issa ġie kkummisjonat biex jikteb concerto għal Kurunetta u Brass Ensemble. Din il-kompożizzjoni ser tiġi premiered fi Franza fl-2011. Barra minn hekk, il-kompożizzjoni tiegħu Taleae ser tiġi introdotta bħala parti mill-programm tal-istudji avvanzati fil-Conservatoire Nationale de Paris.