IS-SURMAST VELLA BARRA MINN MALTA
Wara s-suċċess ta’ Settembru li għadda fi Franza, is-Surmast tal-Banda tagħna, l-Prof. Mro. Joseph Vella, ġie mistieden f’Pistoia, l-Italja, biex jitkellem fuq diversi kompożizzjonijiet tiegħu. Minbarra l-lecture huwa semma’ biċċiet mix-xogħolijiet tiegħu fosthom Symphony No. 3 (The Apocalypse Verses) u s-Song Cycle Seher, peress li l-udjenza xtaqet tisma’ kanzunetta bil-lingwa Maltija.
Wara din it-taħdita, sar kunċert iddedikat lix-xogħolijiet tiegħu, fis-Sala dei Concerti tas-Scuola di Musica Mabellini. Fil-kunċert indaqqu seba’ biċċiet mix-xogħolijiet tiegħu. Dan l-avveniment kien irrappurtat ukoll minn ħafna gazzetti lokali. Il-kunċert għalaq festival li kien ilu sejjer ġimgħa u li kien jismu Ottobreuropa 2011.
Fi ftit ġimgħat oħra s-Surmast Vella għandu appuntament internazzjonali ieħor importanti f’Oslo fin-Norveġja.
Ritratti:
1 – Mro Joseph Vella waqt il-conversazione
2 – Il-Vjolinista Marco Corsini qabel l-eżekuzzjoni tal-Monologo
3 – Il-Pjanista Alessandro Dumas is-6 Preludes