Join Us On:

News Archive

IS-SURMAST VELLA BARRA MINN MALTA

Il-Prof. Joseph Vella, Surmast Direttur tal-Banda tagħna għal darba oħra se jkun barra minn Malta fuq impenji mużikali. L-ewwel appuntament huwa bejn l-14 u l-20 ta’ Mejju fi Quinto Vicentino, Provincja ta’ Vicenza, għat-tieni konkors internazzjonali Mozart per giovani musicisti, fejn il-biċċiet li se jindaqqu huma kollha kompożizzjonijiet tas-Surmast Vella. Naturalment is-Surmast Vella se jmexxi l-ġurija u se jippreżenta huwa stess lir-rebbieħ il-Premju Speċjali Joseph Vella. Il-konkors se jkun f’dawn is-sezzjonijiet: pianoforte, violino, violoncello, flauto, chitarra, clarinetto u musica da camera. Dan l-avveniment huwa organizzat mill-Comune di Quinto Vicentino u Chori Canticum.
 
Barra minhekk is-Surmast Vella ġie mistieden ukoll biex jkun president ta’ġurija oħra f’konkors prestiġġjuż Concorso Nazionale Giulio Rospigliosi li se jsir Lamporecchio, Pistoia, l-Italja. Dan il-konkors se jsir bejn 24 u 30 ta’Marzu.
 
Dawn l-impenji tas-Surmast Direttur jagħmlu ġieħ mhux biss lis-Soċjetà Filarmonika La Stella imma wkoll lil Għawdex u l-Malta tagħna.