Join Us On:

News Archive

IS-SOĊJETA’ LA STELLA TINGĦAQAD MA’ ĦBIEBHA FIL-FERĦ TAL-FESTA TA’ SAN FRANĠISK TA’ ASSISI

Kuncizzjoni 2010 011

Illum il-Ġimgħa, 4 ta’ Ottubru, il-Knisja Kattolika tfakkar lil San Franġisk ta’ Assisi, qaddis kbir tagħha li għex fir-reġjun Taljan ta’ Umbria bejn is-sena 1182 u 1226, u li waqqaf l-akbar Ordni Reliġjuż fid-dinja Kristjana. 

Għalkemm għex tmien sekli ilu, San Franġisk għadu meqjus bħala mudell b’saħħtu u ispirazzjoni qawwija għall-Kristjani ta’ żmienna.  Tant hu hekk li meta f’Marzu li għadda ġie elett bħala Kap tal-Knisja Kattolika, il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio addotta l-isem tal-fqajjar ta’ Assisi biex iwassal messaġġ ta’ umilta’ tul dan il-Pontifikat tiegħu. 

Mis-sit elettroniku uffiċjali tagħha, s-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tawgura l-festa t-tajba lill-komunitajiet Franġiskani kollha tal-belt Victoria, partikularment dik Konventwali li magħha għandha rabtiet partikulari.  Il-bandiera li s-Soċjeta’ La Stella qed ittajjar fuq il-każin tagħha llum hija għal San Franġisk daqskemm għalihom.

DSC_0027