IS-SEGRETARJU TAL-PAPA MISTENNI JKUN MONS. ALFRED XUEREB !
Illum fil-media internazzjonali ġie rappurtat li hemm ċans kbir li s-Segretarju personali tal-Papa Franġisku se jkun is-saċerdot Rabti Mons. Alfred Xuereb, membru tal-familja Ġorġjana u s-Soċjetà La Stella.
Mons. Xuereb, li għandu 54 sena u jgħix il-Vatikan, kien l-Assistent Segretarju personali ta’ Benedittu XVI u dan l-aħħar akkumpanjah meta rtira f’Castel Gandolfo fit-28 ta’ Frar li għadda. Is-Segretarju personali tal-Papa Emeritu kien Mons Georg Ganswein.
Aħna ninsabu kburin immens b’din l-aħbar. Naturalment wieħed għadu jrid jistenna konferma uffiċjali mill-Vatikan. Is-Soċjetà tawgura mill-qalb suċċess lil “Dun Alfred” kif aħna nafuh fir-Rabat u nixtiequ nifirħu mal-familjari tiegħu f’din il-ħatra importanti.