Join Us On:

News Archive

IR-RANDAN

Bħalissa ninsabu fil-qalba tar-Randan Imqaddes, żmien liturġiku fejn il-Knisja ssejħilna nidħlu fil-profond ta’qalbna u niġġeddu fit-twemmin u l-fidi Kristjana. Huwa wkoll żmien fejn il-parroċċi fi gżiritna jagħtuna l-opportunità nattendu għall-eżerċizzi u b’hekk nissaħħu fil-kelma t’Alla. Fil-Bażilika ta’San Ġorġ ġa saru zewġ korsijiet, dawk għal kulħadd u dawk għall-miżżewġin. Minn għada t-Tnejn jibdew dawk għall-adoloxxenti li se jsiru fis-7.30 pm mill-Kan. Tonio Galea fiċ-ċentru parrokkjali. Dawk għat-tfal isiru fil-ġimgħa li tibda it-Tnejn 26 ta’ Marzu mid-Djaknu Daniel Grech u jkunu fl-4.15 pm.
 
Tkun ħaġa sabiħa li l-adoloxxenti u t-tfal tagħna partitarji u membri tas-Soċjetà Filarmonika La Stella nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex nattendu għal dawn il-laqgħat ta’ tagħlim. 
 
Nixtiequ nfakkru wkoll lill-membri li l-kunċert ta’ mużika sagra se jsir it-Tnejn, 2 ta’April fit-8.15 pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Naturalment il-banda wkoll se takkumpanja l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, il-Ġimgħa 6 ta’ April.