Join Us On:

News Archive

INSELLMU LILL-KAN. ĠUŻEPPI BORG

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq tingħaqad mal-komunità Ġorġjana biex issellem lill-Kan. Ġużeppi Borg, kanonku tal-Kolleġġjata Ġorġjana li ħalliena nhar l-Erbgħa 28 ta’ April 2010.
 
Il-Kan. Ġużeppi Borg twieled fil-belt Victoria nhar is-6 ta’ Ġunju 1921 u ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Mejju 1951. Huwa serva bħala vigarju parrokkjali fil-bażilika ta’ San Ġorġ għal numru twil ta’ snin u għal dsatax-il sena kien ukoll assistent tal-mibki Isqof ta’ Għawdex, Mons. Ġużeppi Pace. Fl-1976 meta l-bażilika ta’ San Ġorġ ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ Kolleġġjata huwa kien wieħed mill-ewwel kanonċi tagħha.
 
Matul dawn l-aħħar xhur il-Kan. Borg kien rikoverat fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn miet nhar l-Erbgħa fl-età ta’ 88 sena. Il-funeral tiegħu sar nhar il-Ġimgħa 30 ta’ April fil-bażilika ta’ San Ġorġ.
 
Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.