Join Us On:

News Archive

IN-NOVENA TAL-MILIED

Illum fil-Bażilika ta’ San Ġorġ se tibda n-Novena tal-Milied. Kif imħabbar f’programm maħruġ mill-uffiċċju parrokkjali u li ġie mqassam fid-djar tagħna, illum il-Ħamis 15 ta’ Diċembru se tibda n-Novena għat-tfal u l-familji fil-quddies tas-6 pm. Din is-sena l-quddiesa tan-Novena se ssir minn Dun Geoffrey George Attard. Dritt wara l-quddiesa jkun hemm il-kant tal-Alma u l-Barka Ewkaristika. Qed issir ukoll quddiesa tan-Novena għal kulħadd fid-9.00 am mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona.
 
Tkun ħaġa sabiħa li nagħmlu ħilitna biex nattendu għall-attivitajiet tal-Milied fil-parroċċa tagħna u nipparteċipaw f’dak li jiġi organizzat. Il-Milied ma hux biss attività kummerċjali kif sfortunatament id-dinja ta’ llum qegħda tpinġieħ imma hija fuq kollox okkażjoni fejn niġġeddu u nersqu aktar qrib is-Salvatur tagħna. Iċ-ċentru fil-Milied għandu l-ewwel u qabel kollox ikun Ġesù tarbija.
 
Aħna nżommukom aġġornati b’aktar attivitajiet marbutin ma’ dawn il-jiem.
 
(Ritratti: xeni mill-film The Nativity Story)