Join Us On:

News Archive

IMĦABBRA L-PARTIJIET PRINĊIPALI TAS-SOUND OF MUSIC

Teatru Astra bi pjaċir biex iħabbar l-irwoli prinċipali għall-musical popolari ta’ Rogers u Hammerstein: The Sound of Music.

Il-musical huwa bbażat fuq l-awtobijogrofija ta’ Maria Von Trapp tal-1949 fl-Awstrija, ftit qabel ma saret l-Anschluss ta’ Hitler. Dan il-musical kien l-aħħar kolloborazzjoni bejn Rogers u Hammerstein. L-istorja hija ta’ Maria Rainer, soru novizza li tieħu l-irwol ta’ governanti tal-familja kbira ta’ Captain Von Trapp. Hija mimlija b’imħabba lejn it-tfal, u iktar ‘il quddiem lejn il-missier li kien romol. L-istorja tressaq rakkont ta’ tkabbir personali u tama fi żminijiet makabri li kienet ser twassal it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-karattru affaxxinanti ta’ Maria ser jiġi nterpretat minn stilla lokali Jasmine Farrugia; li m’hemmx bżonn ta’ introduzzjoni minħabba s-sehem prinċipali tagħha fit-teatru Malti, speċjalment fil-produzzjonijiet La Cage aux Folles, Sweeney Todd, The Prime of Ms Jean Brodie, Alice in Wonderland, Aladdin, u The Taming of the Shrew. Bl-esperjenza u l-abilitajiet li toffri, bla dubju ser terga’ ġġib il-ħajja lill-karattru ta’ Maria ġewwa t-Teatru Astra f’Marzu li ġej. Il-karattru mrażżan, imma awtorevoli ta’ Captain Von Trapp ser jiġi nterpretat minn idolu ta’ West End, Anthony Edridge. L-attur li issa huwa ibbażat f’Malta, ħadem regolarment fil-West End ta’ Londra għall-għexieren ta’ snin, kif ukoll fit-teatri ta’ Haymarket u Aldwych. Mal-wasla tiegħu f’Malta, stabbilixxa ruħu ma’ ismijiet kbar lokali permezz tas-sehem prinċipali tiegħu f’Mamma MiaThe Lying Kind, u The Jew of Malta.

Din il-produzzjoni qiegħda ssir bl-għajnuna finanzjarja mill-Ministeru għal Għawdex, mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali u l-MeDirect Bank, u ser iseħħ fit-Teatru Astra fis-17 ,fit-18, fid-19 u fil-25 ta’ Marzu, 2023.

Biex tibbukkja tista’ tidħol fis-sit elettroniku www.showshappening.com

 

 

thumbnail_2nd shoot 000125 copy

(Ritratt: Hush Studio)