ĠIMGĦA ‘L BOGĦOD MILL-FESTA TAL-PATRUN
Ninsabu ġimgħa biss ‘il bogħod mill-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri, Patrun ta’ Għawdex u ta’ beltna. Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella għaddejja bl-aħħar preparamenti għal dan l-appuntament tant u tant importanti fil-kalendarju tas-Soċjeta’ u tal-bażilika proto-parrokkjali ta’ beltna.
Fil-ġranet li ġejjin inħabbru l-programm sħiħ ta’ jum il-festa. L-appuntament ewlieni tal-banda ċittadina La Stella ser ikun id-dimostrazzjoni grandjuża bl-istatwa ta’ San Ġorġ Martri li tibda minn Pjazza San Ġorġ, hekk kif jintemm pontifikal solenni mmexxi minn Mons. Giovanni Bosco Gauci, Vigarju Ġenerali tad-djoċesi ta’ Għawdex. Id-dimostrazzjoni tintemm bil-kbir quddiem il-każin tas-Soċjeta’ fi Triq ir-Repubblika.
Minbarra din id-dimostrazzjoni, is-Soċjeta’ ser torganizza l-ikla tal-festa f’nofsinhar fil-każin La Stella u kunċert minn Cash & band fl-istess każin hekk kif tintemm id-dimostrazzjoni.
Aktar dettalji fil-jiem li ġejjin.