Join Us On:

News Archive

ILLUM IL-FESTA TA’ SAN FRANĠISK

Illum il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru, il-Knisja Kattolika tfakkar lil San Franġisk ta’ Assisi, qaddis kbir tagħha li għex fir-reġjun Taljan ta’ Umbria bejn is-sena 1182 u 1226, u li waqqaf l-akbar Ordni Reliġjuż fid-dinja Kristjana.

Għalkemm għex tmien sekli ilu, San Franġisk għadu meqjus bħala mudell b’saħħtu u ispirazzjoni qawwija għall-Kristjani ta’ żmienna.  Tant hu hekk li l-papa preżenti addotta l-isem tal-fqajjar ta’ Assisi biex iwassal messaġġ ta’ umilta’ tul dan il-Pontifikat tiegħu.

Mis-sit elettroniku uffiċjali tagħha, s-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tawgura l-festa t-tajba lill-komunitajiet Franġiskani kollha tal-belt Victoria, partikularment dik Konventwali li magħha għandha rabtiet partikulari.  Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella llum tellgħet il-bandiera fuq il-każin bħala sinjal ta’ ċelebrazzjoni flimkien mal-kommunità ta’ wara San Franġisk.

120658527_2827284807542942_4854804125442514496_n