Join Us On:

News Archive

ILLEJLA SPETTAKLU KBIR FIT-TEATRU ASTRA

Fl-aħħar wasal il-jum tal-ispettaklu Rio fit-Teatru Astra, mtella mill-YADA. Bħalma avżajna qabel l-ispettaklu huwa fully booked u jipprometti xalata ta’ lwien, kostumi mużika u żfin mill-aqwa. Huwa ta’ unur ghat-Teatru Astra li tilqa’ fi ħdana lil dik li probabilment hi l-aqwa u l-aktar kumpanjia taż-żfin prominenti fil-gzejjer Maltin, immexxija minn Felix Busuttil, personalità importanti fix-xena kulturali tal-gżejjer Maltin u fuq kollhox wild tal-Belt Victoria.

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq tawgura lil dawk kollha li se jieħdu sehem il-ħidma t-tajba u spettaklu mill-aqwa u aktar kollaborazzjoni bejn t-Teatru Astra u l-kumpanjia taż-żfin YADA.