Join Us On:

News Archive

ILLEJLA L-MUSICAL TAL-PASSJONI FIT-TEATRU ASTRA

Kollox jinsab preparat sabiex illum is-Sibt 2 t’ April jittella’ l-musical Għaliex Jien? – l-aħħar proġett ambizzjuż tat-Teatru Astra u l-Għaqda ta’ l-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ. Dan il-musical tħabbar f’Ottubru ta’ l-2010 u dawn l-ħames xhur li għaddew kienu ġranet impenjjattivi ferm u huwa dan ix-xogħol li llejla ser jipprometti spettaklu kbir ta’ mużika, kant, xenografija, kostumi u dawl fost l-oħrajn.  Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa saret rappreżentazzjoni ta’ dan il-musical li għaljia attendew numru kbir ta’ tfal ta’ l-iskola li ħonqu t-Teatru Astra.
 
L-indikazzjonijiet kollha qed juru li r-rappreżentazzjoni prinċipali tal-lejla ser tara sala ippakkjata għal darb’oħra.  L-awgurju tal-Kumitat Ġenerali tas-Soċjeta’ La Stella hu dak ta’ suċċess u rikonoxximent kbir lil kull min kellu x’jaqsam ma’ din l-produzzjoni li għal darba oħra ser tkompli tgħolli l-isem tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra  u ser jkun offerta ta’ teatru ta’ livell għoli ġo Beltna u l-gżejjer Maltin f’ dawn il-ġranet qaddisa tar-Randan.
 
Il-musical Għaliex Jien? hu kitba ta’ Joe Chricop u mużika ta’ Patrick Vella, Andrew Zammit u Mark Tonna Id-direzzjoni hi f’idejn l-istess Joe Chricop u Mario Tabone. Antonella Zammit hi l-assistenta tal-produzzjoni.  Ix-xenajru ġie ddisinjat minn Joseph Cauchi u l-bini tiegħu ikkordinat minn Emanuel J. Farrugia (Stage Manager) u Donald Micallef (Operations Manager).  Ix-xogħol tad-dwal hu afdat f’idejn George Zammit u Micho Lightings.  Il-vestwarju hu f’idejn George Farrugia.  Il-koreografija li ser ikun fih dan il-musical hi ta’ Nathalie Scortino.  Dawn il-persuni kollha qed imexxu team aktar ta’ voluntiera ikkordinati minn Manuel Attard. Aktar dettalji tal-produzzjoni, inkluż l-atturi kollha, ser tkun ippubblikata fis-souvenir booklet tal-produzzjoni li ġie stampat.
 
Dawk kollha interessati jattendu jistgħu jixtru l-aħħar ftit biljetti mill-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella fi Triq ir-Repubblika jew iċemplu fuq 21550985 u 79256897.

photos: Joe Attard/ Andrew Formosa