Join Us On:

News Archive

ILLEJLA FI PJAZZA SAVINA

JMJ_8390

Wara s-suċċess kbir tal-bieraħ nistennew bil-ħerqa t-tieni jum tat-Tridu  u d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Martri, Patrun ta’ Għawdex. Hekk kif tispiċċa d-dimostrazzjoni fi Pjazza Savina nassistu għal feature awdjo-viżiv stupend mħejji għal din l-okkażjoni.  Persważi li wara l-folla tal-bieraħ u l-ġurnata ta’qabel illum ukoll, bħal ma jiġri kull sena, se noħonqu t-triqat tal-Belt Victoria.  Intant il-programm tal-ġurnata huwa dan:

6.30pm: Kant solenni ta’ l-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta. Priedka minn Dun Simon Mario Cachia. Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika mill-Isqof Mons. Charles J. Scicluna.

9.00pm: Marċ mill-Banda Santa Katerina (iż-Żurrieq)(mistiedna b’inizjattiva ta’ l-Għaqda ta’l-Armar Festa San Ġorġ) minn Pjazza San Ġorġ sa Triq Palma.

9.30pm: Dimostrazzjoni trijonfali bl-istatwa ta’San Ġorġ, Patrun ta’ Għawdex (2008), xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi, bis-sehem tal-Banda Santa Katarina u l-Banda Santa Marija (iż-Żebbuġ) minn quddiem il-knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fi Triq Palma sa Pjazza Savina, fejn issir preżentazzjoni awdjoviżiva fuq San Ġorġ.

(Ritratt: Joe Attard)