Join Us On:

News Archive

IL-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Id-29 edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival jiftaħ b’kunċert inawgurali mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta u Simon Schembri (Guitar) li se jkunu taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro Philip Walsh. Il-kunċert se jsir ġewwa t-Teatru Astra u jibda fit-8pm, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju 2026.

Bħalma dejjem sar, il-Victoria International Arts Festival qed joffri lill-pubbliku xahar mimli kunċerti u attivitajiet artistiċi oħra f’postijiet differenti ġewwa l-Belt Victoria. F’dawn il-kunċerti se naraw numru kbir ta’ mużiċisti minn madwar id-dinja jieħdu sehem f’diversi recitals, korijiet u bands li se jiġu apposta fi gżiritna biex jipparteċipaw f’dan il-festival. Nistiednu lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-mużika biex ma jitilfux din l-opportunità annwali. Il-Banda Ċittadina La Stella se tiehu sehem f’waħda mill-attivitajiet ta’ dan il-festival b’kunċert fi Pjazza San Ġorġ, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.

Għal aktar dettalji u nformazzjoni fuq il-programm ta’ din is-sena nistednukom tidħlu fis-sit elettroniku https://viaf.org.mt/programme