IL-QUDDIESA TA’ PAPA FRANĠISKU F’JUM SAN ĠORĠ
“Ma hux possibbli nsibu lil Kristu barra mill-Knisja” kliem il-Qdusija tiegħu Papa Franġisku fl-omelija waqt il-quddiesa ta’ Jum San Ġorġ, li hija wkoll l-festa tiegħu kif rappurtat fuq sit tal-aħbarijiet mill-Vatikan.
Papa Franġisku rringrazzja lill-Kardinali li kkonċelebraw miegħu f’dan il-jum. Huwa tkellem ukoll dwar il-qari tal-ġurnata b’mod speċjali fuq il-missjoni u l-espansjoni tal-Knisja fl-ewwel żminijiet meta l-persekuzzjoni kienet fl-eqqel tagħha – liema martirju għadda minnu l-Patrun tagħna San Ġorġ.
Fl-Osservatore Romano tal-lum hemm ukoll biċċa dwar San Ġorġ Martri u naturalment il-buon onomastico lill-Papa Franġisku. Qed nirriproduċu wkoll it-Tislima lill-Papa mill-Kardinal Angelo Sodano u l-omelija fid-dettall ta’ Papa Franġisku.