Join Us On:

News Archive

IL-PRANZU TAL-MILIED TAS-SOĊJETÀ LA STELLA

pranzu tal-milied

Is-Sotto-Kumitat Festi Esterni, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella, se jkun qed jorganiżża Il-Pranzu tal-Milied, nhar il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru, fin-12:30, fil-foyer tal-każin tal-banda La Stella.

Inħeġġukom sabiex tilqgħu din l-istedina u tirrispondu għal din is-sejħa bil-parteċipazzjoni u l-kollaborazzjoni tagħkom.  Bħalma wieħed jista’ jassumi, il-festi esterni ta’ San Ġorġ jirrikjedu finanzjament qawwi ħafna li sostanzjalment jiddependi fuq attivitajiet ta’ din ix-xorta.  Iżda l-iskop wara din l-attivita’ mhux biss wieħed ta’ fundraising.  Għax wara kollox, x’hemm isbaħ milli tara ’l-familja kbira Tal-Istilla magħquda u miġbura madwar mejda għal ikla speċjali f’dan l-istaġun sabiħ tal-Milied?

Il-biljetti għall-Pranzu tal-Milied jiswew €15 (għall-kbar) u €8 (għat-tfal taħt it-12 -il sena), u jistgħu jinkisbu minn issa stess mill-bar tal-Każin La Stella, mingħand il-membri tal-Kumitat, mill-Uffiċċju Parrokkjali ta’ San Ġorġ, mingħand Frank Schembri ta’ Vajrinġa Supermarket, mingħand Sammy Rapa ta’ Ta’ Salvina Discount Store, jew mingħand is-Sinjura Kolina Attard.  Wieħed jista’ jibbukkja wkoll billi jċempel fuq 21556256 jew jibgħat sms fuq 99021591.

Inħeġġukom sabiex tibbukkjaw il-biljetti tagħkom kemm jista’ jkun minn qabel.  Dan jiffaċilita ħafna x-xogħol tal-organiżżaturi, waqt li jiggarantixxi aktar effiċjenza fil-preparazzjoni tal-ikel.