Join Us On:

News Archive

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX JŻUR IT-TEATRU ASTRA

????????????????????????????????????

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Dr. Anton Refalo, l-bieraħ filgħaxija żar it-Teatru Astra waqt it-tħejjijiet għall-opra lirika La Boheme.  Il-Ministru Refalo kien akkumpanjat mid-diriġenti tat-Teatru Astra u Festival Mediterranea li din is-sena se tkun qed torganizza l-erbatax -il edizzjoni.

Kif inhu mistenni bħalissa t-Teatru Astra huwa mimli attività kemm fuq il-palk kif ukoll fil-backstage fejn kull sezzjoni tal-opra hija impenjata li twassal l-aqwa riżultat.  L-opra La Boheme se ssir nhar il-Ħamis 29 u s-Sibt 31 ta’ Ottubru 2015 fis-7.30pm.

It-Teatru Astra ħabbar ukoll li s-sena d-dieħla se jtella’ l-opra grandjuża ta’ Giuseppe Verdi, l-Aida.  Dwar dan nitkellmu aktar tard.

(Ritratti: George Scerri)

photo 3