Join Us On:

News Archive

IL-MILIED IT-TAJJEB !

F’dawn il-jiem ta’ festa s-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq twassal l-isbaħ xewqat lill-membri kollha tagħha fid-diversi oqsma, lill-partitarji, kollaboraturi u lilkom ilkoll.
Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni biex infakkrukom fl-appuntamenti f’dawn il-jiem fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Il-lejla fl-4.30pm isir il-Kant Solenni tal-Ewwel Għasar tal-Milied mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata filwaqt li fil-11.30pm tibda l-Liturġija Solenni tal-Uffiċċju tal-Qari bil-kant tas-salmi u wara jkun hemm il-Priedka tal-Milied mit-tfajjel Mark Mizzi. F’nofs il-lejl imbagħad ningħaqdu lkoll fil-Bażilika biex nassistu għall-Konċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru.
L-Għada, jum is-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu Kristu, fil-11.00am ikun hemm il-Konċelebrazzjoni Pontifikali ppreseduta mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika.
Tkun ħaġa sabiħa ferm jekk f’dawn il-jiem ta’ festi niftaku fl-akbar ġrajja li qatt rat id-dinja u nattendu bi ħġarna għad-diversi attivitajiet li jkollna fil-parroċċa tagħna. Għal aktar dettalji wieħed jista jidħol f’dan l-indirizz: Programm Avvent 2012.