Join Us On:

News Archive

IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

facade b

Fil-ġimgħat li għaddew l-amministrazzjoni tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għaddiet mill-proċess annwali ta’ tiġdid. Fil-laqgħa Ġenerali Annwali, li saret fid-19 ta’ Marzu li għadda, kif rikjest mill-istatut tas-Soċjetà, ġew ppreżentati r-rendikonti finanzjarji u dawk amministrattivi. L-awdituri tas-Soċjetà, PKF Malta ppreżentaw ukoll ir-rapport tagħhom. L-forum wiesgħa tal-laqgħa ġenerali tas-Soċjetà li kellha parteċipazzjoni qawwija, sewa ukoll ta’okkażjoni sabiex jiġu diskussi divesi punti marbuta mal-operat u l-inizjattivi tas-Soċjetà, fosthom il-Banda, l-Festa ta’ San Ġorġ u t-Teatru Astra.

Aktar kmieni, il-Hadd 7 t’April saret ukoll l-elezzjoni tal-kumitat il-ġdid u nhar it-Tnejn 8 ta’ April, iltaqa’ l-kumitat rinnovat.  Fl-ewwel laqgħa l-kumitat eleġġa wkoll l-ewwel karigi.

Il-lista tal-kumitat bl-ewwel karigi rispettivi kif  eletti waqt l-ewwel laqgħa huma dawn:

Zammit  Paul – President
Zammit  Anthony – Segretarju
Formosa Michael – Segretarju Amministrattiv
Schembri Frank – Teżorier

Abela Christian
Borg Joseph
Borg James
Buhagiar Joseph
Buttigieg Alan
Camilleri David
Cini Silvio
Cini Aaron G
Cini George
Cremona George
Grech Joseph
Mizzi Christopher
Schembri Mark
Tabone Joseph