Join Us On:

News Archive

IL-KUNĊERT TAL-ALLJIEVI TAL-BANDA

Il-bieraħ filgħaxija sar il-kunċert tal-Alljievi tal-Banda La Stella fil-Foyer tat-Teatru Astra.  Għal din l-okkażjoni, importanti ferm għas-Soċjetà Filarmonika La Stella, kien hemm attendenza numeruża immexxija mill-President tas-Soċjetà s-Sur Paul M Cassar kif ukoll mis-Surmast Direttur il-Prof. Joseph Vella.  Fl-istess serata saret ukoll il-gradwazzjoni ta’ żewġ bandisti ġodda: Ms Christine Gauci fuq is-Saxophone Soprano u Ms Philippa Mizzi fuq il-Flawt.  L-istudenti tal-qasba kienu mgħallma u immexija minn Michael Bonanno filwaqt li s-sezzjoni tar-ram kienu taħt l-għalliem tagħhom George Camilleri.  Il-biċċiet tal-istudenti kienu akkumpanjati fuq il-pjanu minn Mariella Spiteri Cefai.

Is-serata inkludiet ukoll biċċiet mużikali mill-Kor tat-Tfal tat-Teatru Astra il-Kor Piccole Stelle, taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri Cefai u kienet ippreżentata minn Maria Portelli.

Minn din il-paġna nwasslu l-istedina tagħna biex dawk li jixtiequ jitgħallmu xi strument mal-Banda Ċittadina La Stella jkellmu lil xi membru tal-kumitat jew jibgħatulna fuq [email protected] għal aktar informazzjoni.

(Ritratti: Toni Farrugia)