Join Us On:

News Archive

IL-KUNĊERT ANNWALI

Wara s-suċċess frisk permezz taż-żewġ rapreżentazzjonijiet tal-opra ta’ Giacomo Puccini La Boheme u l-ewwel attivitajiet kulturali bħala parti mil-erbatax –il edizzjoni tal-Festival Mediterranea, t-Teatru Astra iħares il-quddiem lejn aktar attivitajiet prinċipali marbutin mal-festival ta’ din is-sena.

Seminar on Local Bands

L-ewwel fost dawn l-eventi huwa seminar bl-isem ta’ Exploring the Traditional and Artistic Contribution of Local Bands, li ser jkun qed jiġi organizzat ġewwa s-sala tal-Ministeru għal-Għawdex nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru fl-għaxra ta’ filgħodu. Dan is-seminar ser jkun imexxi mil-Professur Joseph Vella u d-diskussjoni prinċipali ser tkun l-istorja u s-sehem tal-baned lokali fil-komunità. F’ dan is-seminar ser jindirizzaw ukoll lil dak preżenti il-Professur Vicki-Ann Cremona u Anna Borg Cardona.

Dan is-seminar ser jkun segwit mil-ftuħ ta’ esebizzjoni li jġib l-istess tema, l-esebizzjoni jsir ġewwa t-Teatru Astra. Sezzjoni speċjali minn din l-esebizzjoni ser tkun iddedikata kollha kemm hi lill-Professur Joseph Vella li proprju din is-sena qed jiċċelebra l-ħamsa u erbgħin sena bħala surmast tal-Banda Ċittadina La Stella u direttur mużikali tat-Teatru Astra.

JMJ_3515 JMJ_3507

Ġimgħa wara, nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru imbagħad ikun imiss il-Banda Ċittadina La Stella, banda ewlenija fil-gżira t’ Għawdex, biex tesegwixxi il-Kunċert Sinfoniku Annwali ġewwa t-Teatru Astra. Peress li l-kunċert ta’ din is-sena jimmarka l-ħamsa u erbgħin anniversarju minn meta l-Professur Joseph Vella laħaq surmast tal-banda La Stella, fil-kunċert ser ikunu esegwiti biss kompożizzjonijiet u biċċiet mużikali mil-pinna tas-Surmast Vella. Il-Kunċert Sinfoniku Annwali għas-Soċjeta Filarmonika La Stella hu meqjus bħala l-aktar avveniment importanti matul l-istaġun tax-xitwa. Dan l-avveniment qiegħed dejjem issir aktar popolari mad-dilettanti tal-mużika klassika u hija okkażjoni oħra ta’ showcase għal banda tagħna.

Id-dħul għal-dawn l-attivitajiet hu minhajr ħlas.

(Ritratti: Joe Attard)