Join Us On:

News Archive

IL-KUMITAT ĠENERALI L-ĠDID

Il-Kumissjoni Elettorali li nħatret fil-laqgħa ġenerali tal-Ħadd li għadda ħabbret ir-riżultat tal-elezzjoni għall-Kumitat Ġenerali u dik ta’ President tas-Soċjetà La Stella li kif irrsolviet il-Laqgha Ġenerali li saret illum 29 ta’ Jannar ta’ l-2012.   
  
Il-Kanditati kollha li kkontestaw biex ikunu membri fil-Kumitat Ġenerali ġew eletti. L-uniku kandidat għall-kariga ta’ President tas-Soċjetà La Stella, s-Sur Pawlu Zammit, ġie kkonfermat bħala President, kariga li issa qed jokkupa għat-tielet sena konsekuttiva.  Għall-din l-elezzjoni ivvutaw l-bandisti residenti tas-Socjetà.
 
Il-membri eletti huma;
 
Borg George
Buttigieg Michel
Cermona George
Cini George
Cini Silvio
Cini Aaron
Gatt Clint
Grima Joseph
Farrugia Joseph
Formosa Michael
Galea Joe
Schembri Frank
Zammit Paul
Zammit George
Zammit Anton
 
Hu mistenni li matul il-ġimgħa li ġejja ssir l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Ġenerali, fejn fost l-oħrajn jiġu eletti l-uffiċjali l-ohra tas-Soċjetà.