Join Us On:

News Archive

IL-KALENDARJU TAS-SOĊJETÀ GĦALL-2014

Calendar 2014 Sale

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għadha kemm ippubblikat il-kalendarju tagħha għas-sena 2014, b’ġabra sabiħa ta’ ritratti bil-kulur ta’ wħud mill-mumenti l-aktar sinifikattivi u importanti għaliha matul is-sena.  Ma seta’ qatt jonqos li l-faċċata tal-kalendarju tkun iddominata minn ritratt mill-isbaħ tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, li eżattament fl-2014 se tkun qed tagħlaq 175 sena fostna.

Kopji tal-kalendarju jistgħu jinkisbu, għal donazzjoni ta’ €5, mill-Uffiċċju Amministrattiv tal-Każin La Stella, jew inkella mingħand Mons. Felix Tabone fl-Uffiċċju Parrokkjali ta’ San Ġorġ, Frank Schembri ta’ Vajrinġa Supermarket jew Sammy Rapa ta’ Ta’ Salvina Discount Store.  Id-donazzjonijiet miġbura mill-kalendarju jmorru b’riżq il-festi esterni ta’ San Ġorġ.