Join Us On:

News Archive

Il-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA FL-ITALJA

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (JRC) organizza ċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Jannar 2017 f’Ispra, fl-Italja.

Is-sit Ispra, it-tielet l-akbar tal-Kummissjoni wara Brussel u l-Lussemburgu, jkopri erja ta’ 167 ettaru b’138 binja ta’ akkoljenza u madwar 1850 persunal.

Wara aktar minn 50 snin ta’ żvilupp, Ispra huwa stabbilit sew bħala wieħed mill-aqwa kampus fl-Ewropa għar-riċerka. Imdawwar bl-għadajjar sbieħ li jaf joffri l-Italja, Ispra jipprovdi xeneġġarju affaxxinanti, ambjent tax-xogħol multikulturali għal persuni minn madwar l-Ewropa u lil hinn minnha.

Il-Grupp Folkloristiku Astra kien l-attrazzjoni prinċipali għaċ-Ċerimonja tal-ftuħ tal-Presidenza ta’ Malta. L-ewwel prestazzjoni kienet fl-Iskola Ewropea ta’ Varese fis-17 ta’ Jannar, fejn il-grupp ippromwova l-kultura Maltija fost l-istudenti u l-għalliema tal-iskola.

Il-Grupp Folkloristiku Astra ġie mistieden għall-avveniment tat-18 ta’ Jannar quddiem il-ħaddiema u l-viżitaturi tal-JRC. L-avveniment kien jikkonsisti fl-inżul tal-bandiera tas-semestru Slovakk u t-tlugħ tal-bandiera Maltija, flimkien ma’ diskorsi li saru mill-President tas-semestru li għadu kif spiċċa, is-Sur Iain Formosa President tal-Kumitat Organizzattiv tas-Semestru Malti 2017, id-Direttur Ġenerali tal-JRC u d- Direttur tar-Riżorsi, H.E. Ms Frazier l-Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Italja u diversi rappreżentanti oħra tal-Gvern u Awtoritajiet Lokali Taljana tat-territorju li jospita l-bini tal-JRC fl-Italja.