Join Us On:

News Archive

IL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA BARRA MINN MALTA

Il-Grupp Folkloristiku Astra bħalissa qed jieħu sehem f’festival internazzjonali il-Ġermanja, eżattament f’Bitburg. Il-Grupp Folkloristiku Astra ser ikun qed jirrappreżenta lil Għawdex u Malta fil-ħamsin edizzjoni ta’ dan il-festival internazzjonali fil-Ġermanja (European Folklore Festival Bitburg 2014) bħala grupp mill-Mediterran. Fil-fatt ser ikun l-ewwel grupp folkloristiku Malti li ser jieħu sehem f’dan il-festival internazzjonali li ilu jsir għal dawn l-aħħar ħamsin sena. Il-grupp telaq fis-7 ta’ Lulju u  se jiġi lura fil-15 tax-xahar. Waqt dan il-festival, il-Grupp Folkloristiku Astra bil-kant u ż-żfin tiegħu, qiegħed jirriklama lil Malta u anki lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika u anki kulturali. F’dan il-festival qed jieħdu sehem diversi gruppi internazzjonali mill-Messiku, il-Bulgarija, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja, l-Ingilterra, u l-Ġermanja. Għalhekk il-parteċipazzjoni tal-Grupp Folkloristiku Astra f’dan il-festival internazzjonali ser tkun ta’ unur għalina bħala grupp folkloristiku Għawdxi, għax ser inkunu ambaxxaturi għal Malta fost dawn id-diversi pajjiżi, u fil-fatt din il-mawra tal-Grupp fil-Ġermanja qed tiġi ssapportjata mill-Gvern Malti. Il-Grupp Folkloristiku Astra jixtieq jirringrazzja lill-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Visit Gozo, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), J. Portelli Projects, Downtown, Fliegu Restaurant, Ta’ Marija Farmhouse, UDS, El Dorado Restaurant, Ta’ Rapa, Granola, Playpen, IċĊima Restaurant, Sunrise Pet & Garden Centre, Da Manuel Restaurant, Meylak Jewellers, Rapa Property for sale, u Trackless Train Tours.

DSC_0059

(Ritratt: Mario Casha)