IL-FESTA TA’ SAN LAWRENZ
Nhar il-Ħadd li ġej il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella se tieħu sehem fil-festa ta’ San Lawrenz, appuntu fir-raħal ta’ San Lawrenz Għawdex. Is-servizz jikkonsisti f’marċ fis-7pm sal-pjazza tar-raħal fejn il-Banda teżegwixxi l-innu f’ġieħ San Lawrenz. Dritt wara hekk kif tibda miexja l-purċissjoni mat-toroq il-Banda tagħna se ddoqq siltiet mit-tieni edizzjoni tar-RockAstra li sar b’suċċess kbir f’Ġunju li għadda. Għal din l-okkażjoni l-Banda se tkun taħt it-tmexxija tal-assistent surmast Sigmund Mifusd.
B’hekk is-servizzi tal-Banda tagħna jkunu ġew fi tmiemhom għal dan is-sajf. Ringrazzjament speċjali għandu jmur lis-Surmast Direttur, Prof Mro Joseph Vella, l-Assistent Surmast Sigmund Mifsud, il-kumitat li jieħu ħsieb il-bżonnijiet loġistiċi tal-Banda kif ukoll lill-bandisti tagħna kollha li jiddedikaw tant ħin għas-servizzi li l-Banda tagħna għandha fil-festi t’Għawdex.
Il-ħidma tagħna naturalment ma tieqaf qatt, anqas f’dawn il-jiem sħan tas-sajf. Ix-xogħol issa jintensifika aktar fuq l-impenn kbir li jmiss … Festival Mediterranea u l-opra lirika Nabucco.