Join Us On:

News Archive

IL-FESTA T-TAJBA!

_DSC0212  DSC_0233

Merħba fl-għodwa sabiħa tat-23 ta’ April, Jum San Ġorġ!

Dan hu jum importanti għall-Knisja universali, għax fih tfakkar wieħed mill-Martri l-Kbar tagħha; jum importanti għall-gżejjer Maltin, għax fih insellmu lil wieħed mill-qaddisin il-kbar li miegħu ntisġet l-istorja tal-Kristjaneżmu f’pajjiżna; jum glorjuż għal Għawdex tagħna, għax fih isellem lill-Patrun tiegħu li sa mill-ibgħad żminijiet, mhux bis-saħħa ta’ xi editt, imma mħeġġeġ mill-fidi ta’ ġensna, għażlu bħala l-Patrun tiegħu; jum glorjuż għal Beltna, li l-isem ta’ Ġorġi hu minsuġ f’kulma jsawwarha; jum ta’ unur għas-Soċjetà Filarmonika La Stella, li mdawla minn ismu u mħeġġa minn imħabbtu, tgħix il-missjoni tagħha bħala leħen Ġorġjan fi gżiritna fl-espressjoni tal-ħidmiet kollha tagħha.

F’din il-festa Liturġika ta’ San Ġorġ infakkru li fis-7pm jkollna Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana.  Fit-8.30pm tibda d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella.

Għal aktar informazzjoni tista’ tidħol fis-sit uffiċjali tal-Bażilika www.stgeorge.org.mt.

DSC_0244  _DSC0224

Velja San Gorg 011 Velja San Gorg 018