Join Us On:

News Archive

IL-FESTA S’ISSA …

Dawn ir-ritratti ta’ Joe Attard juru waħedhom s-suċċess tal-attivitajiet li kellna s’issa.  Nhar il-Ħadd li għadda il-ħruġ tal-istatwa kien tassew suċċess fejn in-numru ta’ nies li kien hemm fil-pjazza u fil-Bażilika kien wieħed kbir.  F’il-Bażilika litteralment ma kienx hemm fejn taqa’ labra !

_JMJ1553 _JMJ1577  _JMJ1583 _JMJ1596

Il-bieraħ it-Tnejn il-festi komplew bil-Kunċert granduż fil-Bażilika Ġorġjana, mill-Orkestra Nazzjonali u l-Kor Laudate Pueri taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella.  In-numru tan-nies li assistew għal dan il-kunċert ma għandu bżonn ebda deskrizzjoni għax ir-ritratti juru waħedhom.

_JMJ1621 _JMJ1619 _JMJ1633 _JMJ1640

U naturalment fl-istess ħin kellna t-tiġrijiet taż-żwiemel fit-tiġrija li llum il-ġuranta saru popolari ferm mhux biss mal-Għawdxin imma wkoll mal-Maltin.

_JMJ1612 _JMJ1611 _JMJ1610 _JMJ1608

(Ritratti: Joe Attard)