IL-FESTA GĦADDIET …
Il-festa għaddiet u l-Għaqda tal-Armar kważi ġabret l-armar kollu mit-toroq u l-pjazez ta’Beltna. Għal grazzja t’Alla kellna festa mill-aqwa fejn kollox spiċċa b’wiċċ il-ġid. Kulħadd huwa sodisfatt b’dak kollu li sar kemm ġewwa fil-Bażilika Ġorġjana u kif ukoll fuq barra. Il-kummenti tan-nies kienu pożittivi ħafna u dan jagħmel kuraġġ lis-Soċjetà u lid-diversi sezzjonijiet tagħha biex ikomplu jaħdmu aktar. Prosit tassew lil dawk kollha invluti li mingħajr il-kontribut tagħha festa hekk kbira ma tkunx possibbli.
Il-festi f’pajjiżna ħadu bixra ftit differenti wkoll minħabba l-użu tas-social media fejn ħafna nies għamlu posts b’ritratti eżattament waqt li jkun qed jiġri l-avveniment. Oħrajn qasmu ma ħaddieħor ritratti li jkunu ħadu matul il-jiem tal-festa. Hawnhekk qed nipproduċu xi ritratti li dehru fuq is-social media f’dawn il-jiem. F’dan il-link wieħed jista’ jsib numru ta’albums tar-ritratti tal-festa minn jjpzammit.
Il-ħidma tagħna issa tissokta billi nkomplu bis-servizzi tagħna. Nibdew b’Santa Margerita f’Sannat, San Ġużepp il-Qala u San Lawrenz.