Join Us On:

News Archive

IL-BANDA TAGĦNA FIX-XEWKIJA

Xewkija Rotunda St John the Baptist (detail) Christ baptised by St John Statue at Xewkija

Il-bieraħ, il-Banda Ċittadina La Stella, kompliet bis-servizzi tagħha fir-raħal tax-Xewkija fejn tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Ġwann Battista. Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ ta’ lejlet il-festa madwar it-toroq prinċipali tar-raħal flimkien mal-Banda Prekursur. Wara l-Munxar, l-Għasri u l-Fontana (darbtejn) dan kien il-ħames servizz tas-sajf fil-festi f’Għawdex. Iżda l-impenji ma jieqfux hawn ghax nhar il-Ġimgħa 28 ta’Ġunju l-Banda għandha servizz ieħor fir-raħal tan-Nadur fejn flimkien mal-Banda Mnarja nagħmlu l-marċ ta’ lejlet il-festa.

Minn din il-paġna nixtiequ nfakkrukom fil-BBQ li qed jiġi organizzat mis-Soċjetà Filarmonika La Stella bħala fund-raising għall-festa tagħna nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2013 quddiem il-Każin. Booking għal din l-attività huwa essenzjali.