Join Us On:

News Archive

IL-BANDA TAGĦNA FIN-NADUR

Issa li l-istaġun tal-festi beda dieħel ġmielu il-Banda Ċittadina La Stella imissa tagħmel is-servizz ġewwa r-raħal tan-Nadur fejn qegħda tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pietru u San Pawl, zewġ kolonni kbar fil-knisja universali. Is-servizz se jsir it-Tlieta, 28 ta’ Ġunju b’marċ qasir u wara programm ġewwa l-pjazza ewlenija taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.

Jekk Alla jrid f’San Ġorġ imbagħad naraw il-Banda Mnarja tan-Nadur tagħmel programm ġewwa Pjazza San Ġorġ nhar il-Ħadd 17 ta’ Lulju, jum il-festa.  Minn din il-paġna nawguraw festa mill-aqwa lin-Nadurin.  Viva San Pietru u San Pawl!

DSC_0004