Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ‘LA STELLA’ FIX-XEWKIJA

Fl-okkażjoni tal-festa ad unur San Ġwann il-Battista, il-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’, nhar is-Sibt 21 ta’ Ġunju ħadet sehem fil-marċ popolari ta’ lejlet il-festa fir-raħal tax-Xewkija. Il-marċ beda fit-tarf ta’ Triq il-Mitħna, għadda lejn Triq Santa Katerina, minn quddiem il-każin tal-banda ‘Prekursur’ tax-Xewkija għall-pjazza ewlenija tar-raħal. F’dan il-marċ brijuż ħadet sehem ukoll il-banda ‘San Ġużepp’ t’Għajnsielem. Fl-istess waqt li kien għaddej il-marċ, il-banda tal-lokal kienet qed tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier fil-pjazza.

Għal dan il-marċ popolari ta’ lejlet il-festa, il-banda ‘La Stella’ daqqet sett ta’ marċi festivi mis-sett ta’ l-2007, flimkien ma’ oħrajn brijużi li jindaqqu ta’ kull sena. Dan kien il-ħames servizz li l-banda kienet qed tagħmel fl-istaġun tal-festi 2008, wara li ħadet sehem ukoll fil-festi tal-Munxar, ta’ l-Għasri u tal-Fontana. Il-banda ‘La Stella’ mill-ġdid tkun impenjata f’żewġ servizzi oħra din il-ġimgħa fir-raħal tan-Nadur, fejn qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Il-banda ewlenija tal-belt Victoria ser tagħmel marċ brijuż nhar il-Ħamis 26 ta’ Ġunju u marċ ieħor brijuż lejlet il-festa flimkien mal-banda ‘Mnarja’ tan-Nadur.

23/06/2008