Join Us On:

News Archive

IL-BANDA LA STELLA F’GĦAJNSIELEM

Il-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella għamlet l-aħħar servizz fil-festi f’dan l-istaġun. Dan l-aħħar impenn kien fir-raħal pittoresk t’Għajnsielem għall-festa tal-Madonna ta’ Loretu u kien jikkonsisti f’marċ li beda minn Triq il-Ġnien u spiċċa fil-misraħ tal-Knisja fejn il-Banda tagħna, għal darba oħra għamlet kunċert fuq il-planċier. Il-Kunċert kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Vella u l-banda tagħna daqqiet numru ta’ biċċiet mir-repertorju mużikali tagħha. Kunċertpjaċeovli u ġie apprezzat minn numru kbir ta nies li kienu preżentifilpjazza ta quddiem ilKnisja talMadaonna ta Loretu. B hekk nistgħu ngħidu li s-Soċjetà u lbanda La Stella temmet għal darba oħra bsuċċess limpenji marbuta mal-festi parrokkjali talistaġun tassajf tal2012.
Min hawn il-quddiem is-Soċjetà tagħna tibda tħares lejn l-impenji li jmiss fosthom Festival Mediterranea li jinkludi l-opra lirika Madama Butterfly. Il-membri tas-Soċjetà fid-diversi oqsma tagħha bħalissa tkun għaddejjha b’diversi xogħolijiet konnessi mal-attivitajiet li jibdew fil-25 ta’ Ottubru 2012. Il-Festival Medierranea, minbarra l-opra lirika jinkludi wkoll diversi attivitajiet ta’ arti, storja, gastronomija, edukazzjoni u mużika. Aħna nżommukom aġġornati b’dak kollu li jkun qed jiġri fuq dan is-sit matul il-ġimgħat li ġejjin.