IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIL-FESTA TAS-SALVATUR
Hekk kif beda x-xahar ta’ Ġunju, il-banda ċittadina La Stella kompliet bl-impenji tagħha marbuta mal-festi Sajfin. Wara l-festa ta’ San Pawl fil-Munxar li tat bidu għall-festi Għawdxin, il-Ħadd li għadda kien imiss il-festa tal-Corpus fir-raħal ċkejken tal-Għasri.
Hawn il-banda tagħna mhux biss kienet hi li akkumpanjat il-purċissjoni, imma kienet ukoll l-uniku banda mistiedna għal din il-festa. F’din l-okkażjoni l-banda għamlet marċ qasir qabel il-purċissjoni u wara akkumpanjat l-istess purċissjoni bid-daqq ta’ marċi reliġjużi madwar it-toroq ewlenin tar-raħal.
Matul dan l-istess xahar, il-banda fadlilha ħames servizzi oħra marbuta mal-istaġun tal-festi: żewġ servizzi fil-Fontana fl-okkażjoni tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’; servizz fix-Xewkija fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann l-Għammiedi; u żewġ servizzi fin-Nadur fejn tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pietru u San Pawl.